“Il-Knisja hija d-Dar ta’ Kulħadd” - L-Arċipriet tal-Birgu
Tingħata bidu għall-Festa ta’ San Lawrenz
Waqt Quddiesa kkonċċelebrata mill-Kapitlu tal-Birgu fl-okkażżjoni tal-Ħruġ tal-Vara ta’ San Lawrenz minn Niċċa, l-Arċipriet tal-Birgu, il-Kanonku Dun Karm Busuttil fakkar lil dawk preżenti li l-Knisja hija d-dar ta’ kulħadd fejn kulħadd għandu iħossu milqugħ.

Huwa semma diversi proġetti li saru taħt il-koordinament pastorali tiegħu mill-Festa tas-sena li għaddiet sal-lum, iżda tenna li wieħed mill-proġetti pastorali għal qalbu li seħħu tul din s-sena kienet t-twaqqif ta’ komunità tal-Mixja Neo Katekumenali Proġetti fiż-Żona tal-Ħawli.

Huwa fakkar ukoll f’tant ħidma pastorali oħra li ssir ġewwa l-Parroċċa fosthom l-ħidma ta’ Djakonija u l-Karità afdata f’idejn Dun John Avellino u l-Qrar ta’ kull ġimgħa li jsir mill-Papàs Martin Zammit li jsir fil-Knisja tal-Wisq Qaddisa Trinità li jattira ħafna nies kemm mill-Birgu u mill-madwar.
Semma ukoll l-bidu ta’ komunità Russa Ortodossa li se tkun qed tiltaqa fil-Knisja tal-Parroċċa Griega-Kattolika. Irringrazzja ukoll lil diversi reliġjużi li joffru ħidmiethom fil-parroċċa fosthom rrefera għas-sorijiet u għall-Patrijiet Dumnikani.

“Din hija d-Dar u l-Festa ta’ kulħadd,” tenna l-Arċipriet.
Minn qalbna nawguraw il-Festa t-tajba lil Vittorjosani u nħeġġukhom ssegwu l-programm tal-Festa fuq https://kottoneranews.com/festa
Wara l-Quddiesa sar il-Ħruġ tal-Vara fuq iz-Zuntier, l-Kant tal-Antifona, Barka Sagramentali u ndaqq l-Innu lil San Lawrenz.
